Waqt intervista li kellu Father Colin waqt il-programm Midinbin u Qaddisin, jirrakkonta meta waqt it-tberik daħal f'dar ta' saħħara, li spiċċat titkellem dwarha, dwar xogħolha, u kif isir.
"Waqt it-tberik tad-djar fin-nofsinhar ta' Malta, dħalt f'dar fejn laqgħetni saħħara. Saħħara magħrufa ħafna hawn Malta. Jiena qatt ma kont iltqajt magħha. Qaltli l-ebda qassis ma daħal iberikilha," jgħid Father Colin.
Jirrakkonta li daħlitlu f'kamra żgħira mimlija xbihat u statwi tar-reliġjużi, tal-Madonna u tal-qaddisin. "Ħsibtni dħalt fl-entrata tal-ġenna... Hi kattolika ortodossa," ikompli Father Colin. Isemmi li qaltli li għandna s-sitt sens, u kapaċi tinduna bil-futur ta' persuni oħra, u aktar.
Segwi biċċa mill-intervista li kellu Father Colin waqt il-programm Midinbin u Qaddisin, li jixxandar kull nhar ta' Tlieta fl-22:15 fuq TVM.