Qatt staqsejtu kif l-atturi jkunu jafu xi jsir u x'jingħad meta jaħdmu parti ta' pulizija? U kif jiftakru d-dettalji kollha? It-tim ta' Noli żvela filmat li juri lill-kast u kru kollu flimkien mal-Malta Police Force waqt sessjoni fejn il-pulizija reali qed iħarrġuhom dwar l-irwol polizjesk.

"Noli hija produzzjoni maħduma f’ambjent polizjesk, fejn il-forensika tilgħab rwol importanti ħafna. Għalhekk ħassejna li kellna nirriflettu kemm jista’ jkun dan kollu f’kuntest ta’ drama. Waħedna kien ikun aktar diffiċli biex naslu, u għalhekk tlabna lill-Korp tal-Pulizija għall-għajnuna.  Ridna nitgħallmu kemm nistgħu l-affarijiet kif isiru u bagħtulna membru tat-tim forensiku tagħhom."

It-tim jirringrazzja lill-Malta Police Force tal-ħin u dedikazzjoni tagħhom biex jgħallmuhom aktar b'dak kollu li hu neċessarju fil-qasam polizjesk. "Fil-filmat tistgħu taraw siltiet mis-sessjoni li kellna miegħu biex jgħinna nwasslulkom prodott aħjar."

Prosit tassew lit-tim kollu u lill-pulizija kollha!


Kyle Zarb