L-attur famuż Chris Pratt faħħar xena ffilmjata f’Malta u li tidher ġol-film Jurassic Park Dominion. F'intervista fuq The Tonight Show Starring Jimmy Fallon, l-attur ewlieni ta' Jurassic Park Dominion wera kemm kien impressjonat b'din ix-xena b'sekwenza partikolari.

"Hi essenzjalment l-aktar sekwenza ta' azzjoni epika u ikonika li forsi qatt rajt ġo film, mhux qed niċċajta," qal Pratt lil Fallon fuq l-ispettaklu. Jirreferi għall-famuża xena tar-raġel fuq l-iskuter, li jinbela' mid-dinosawru f'nofs Pjazza San Ġorġ.

Ikompli jgħid, "Hija sekwenza ta' azzjoni ta' 12-il minuta li tgħaxxqek."

Il-filmat, li ġie ppubblikat għall-ewwel darba mill-Kummissarju għall-Films ta’ Malta Johann Grech, juri l-impatt li kellha l-pjazza f'Malta fuq is-sett ewlieni tal-films li se jinħareġ din is-sena.

Filmati tal-film kienu diġà bdew iduru fuq l-internet minn qabel, b’ritratt wieħed partikolari ta’ raġel li jsuq scooter jinbela' minn dinosawru bħal leħħa ta' berqa.

Pratt kompla jitkellem dwar din ix-xena, u qal kif ħarep bl-idea li xi ħadd f’Jurassic World Dominion, għal għaxar dollari jista’ jidħol f'kompetizzjoni u jekk jirbaħ ikollu l-opportunità li jittiekel minn dinosawru fil-film.

Segwi aktar fis-6:50 minuta


Kyle Zarb