It-tim ta' JACKPOT4 għadu kif żvela sorpriża oħra għas-segwaċi, it-tieni trailer qasir li qed ikompli jagħti stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni fl-istorja li ser tibda nhar l-Erbgħa 28 ta' Settembru 2022 fuq ONE.

Jidher li tul din l-istorja il-pajjiż qed jaffaċċja virus li qed jinxtered u ovvjament iqanqal il-biża' fost il-poplu. 

Dalgħodu huma ħabbru, "L-għodwa t-tajba ħbieb. F'nofsinhar ser nagħtukom sorpriza żgħira, lilkom is-segwaci ta' din il-paġna. Kullma nitolbukom huwa li xxerrdu l-kelma, għax kif jgħidu - worth it ta' vera!"

Jumejn ilu t-tim ta' DBA ippubblika l-ewwel trailer qasir tas-sensiela ġdida Jackpot 4, li ser tibda f'għaxart ijiem fuq ONE. Mill-biċċiet żgħar tax-xeni li ser jintwerew nistgħu nieħdu idea tal-intriċċi tal-istorja. L-azzjoni u t-tensjonijiet ma jonqsux. 

U issa tistgħu issegwu t-tieni trailer qasir hawn taħt! It-trailer ufficjali jidher li ser jittella aktar tard il-ġimgħa d-dieħla.


Kyle Zarb