Giulia Cilia għoġbot lill-ġurija minnufih! Giulia tat prestazzjoni partikolari li żammet lil kulħadd attent u ħerqan biex ikopmpli jisma' x'imiss. Giulia akkumpanjat il-vuċi sabiħa tagħha bid-daqq sabiħ tal-pjanu. Il-ġurija tinsab konvinta u jgħadduha għall-fażi li jmiss.

Giulia mhix wiċċ ġdid hekk kif rajnieha f'diversi intervisti fil-passat meta ħuha Gianluca tela' jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision 2017 bil-kanzunetta Dawra Tond. Giulia ġejja minn familja fejn il-mużika minn dejjem kienet midħla tagħha!


Kyle Zarb