Dalwaqt se tibda s-sitt sensiela tal-programm The Entertainers, li jiġi ppreżentat minn Janvil u b’band immexxija minn Mark Spiteri Lucas. Il-programm issa għandu logo ġdid li hu aktar enerġetiku u vibranti minn dak ta’ qablu.

Fuq il-paġna tal-programm fuq Facebook, ġew żvelati xi ritratti minn wara l-kwinti. “It-tħejjijiet ta’ The Entertainers jinsabu fl-aqwa tagħhom. X’qed jiġri hawn…??”

The Entertainers se jerġa’ jkun magħna minn Ottubru li ġej, kull nhar ta’ Sibt, fid-9pm fuq NET.

Facebook/The Entertainers


Nicole Barbara