AIDAN kien mistieden waqt il-programm ta' Carlo u Dorianne, fejn tkellem fost l-oħrajn dwar il-kunċert li kellu xi ġimgħat ilu. AIDAN jinsab grat għar-rispons li kien hemm u jgħid li jinsab ħerqan għall-avveniment li jmiss dan is-sajf.

Jitkellem anke dwar il-kanzunetti tiegħu li joħloq, fosthom Juliette u l-ġdida tiegħu Hero. AIDAN qabel mal-preżentaturi li hu bniedem kompetittiv, u din il-frażi wasslet lil Carlo biex jistaqsieh dwar il-Eurovision.

Araw x'wieġeb!

Facebook/ AIDAN


Kyle Zarb