Ilum fl-16:00 ta' waranofsinhar għandna nistennew l-ewwel trailer tat-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa. Aħna ta' Gwida.mt irnexxielna nakkwistaw filmat esklussiv ta' biċċa minn dak li għandna naraw aktar tard.

Ninsabu ferm ħerqana biex naraw dak li għandhom x'joffru. Mill-ftit li nistgħu naraw s'issa, jidher biċ-ċar li x-xenarju ta' din is-sena huwa wieħed spettakolari immens. Il-livell ta' din il-produzzjoni aktar ma jmur ikompli jikber.

Wieħed jistaqsi kif ħa tkompli tiżvolġi l-istojra, l-intriċċi li ħa jinqalgħu u jekk hux ħa jkollna tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha li għandna. Nistennew u naraw.

Facebook / L-Għarusa


Emil Calleja Bayliss