Daniel Wright kien il-mistieden ta' Ryan u Josmar fuq il-programm Sibtek fejn spjega li l-aqwa terapija li sab meta kien għaddej minn mument diffiċli kien il-gym.

Dan wara li ħassar ir-relazzjoni li kellu saħansitra t-tieġ wara biss 4 xhur.

Daniel kompla jħeġġeġ ħafna lit-telespettaturi biex jirrikorru għall-gym meta jħossuhom mimlija bl-istress.

Isostni li bniedem m'għandux jibqa' vittma iżda jqum minn hemm u jgħaraf li għandu ħafna valuri u benefiċċji. Għalekmm tilef lilu nnifsu għal xi żmien, issa sab l-imħabba għalih u lejh innifsu.

Qal li sar iżjed realistiku milli wisq spiritwali kif kien qabel.

Ritratti: Sibtek/ You Tube


Gwida.mt