Davinia Pace li hija artista Maltija li qed tistudja d-drama u l-palk fl-American Academy of Dramatic Arts tellgħet filmat fuq il-facebook tagħha fejn kantat 'The Prayer' flimkien man-nannu tagħha. In-nannu għandu 82 sena.

Saħqet li dan huwa mument li se tgħożż għal dejjem! Insellmu lin-nanniet kollha; kemm dawk li għadhom magħna u anke dawk li ħallewna!

Dawn huma mumenti li għandhom ituna l-iżjed ferħ; mhux il-materjal biss, imma l-imħabba ta' bejnietna u mal-familji tagħna. Prosit Davinia!

Ritratt: Facebook/ Davinia Pace


Clifford Galea