Sam Selby kienet mistiedna tal-preżentatur Quinton Scerri waqt Topik ta' nhar il-Ġimgħa li għadda, fejn tkellmet dwar l-esperjenza tagħha ta' Psychic u Medium. Fosthom sirna nafu kif tirċievi l-messaġġi minn dawk li għaddew għall-ħajja ta' dejjem, kif ukoll kif jirnexxielha tikkomunika permezz ta' ritratt, u anke taqra l-futur.

L-ewwel ħaġa interessanti li semmiet Sam kienet li temmen li lkoll kapaċi naħsbu u nimmeditar xi proċess ta' Psychich b'tali mod li naslu naqraw il-futur ta' ħaddieħor. Tgħid, "Nemmen li lkoll kapaċi nagħmluha...m'aħniex konnessi ma' dik il-parti ta' moħħna...jien meta kont żgħira kont sensittiva."

Sam ilha tagħmel qari ta' Psychich minn meta kienet fl-għoxrinijiet tagħha, u rnexxielha  taqra minn ritratti ta' nies li mietu. Tgħid li kapaċi tara ritratt fuq Facebook ta' persuna per eżempju u tieħu idea ċara tal-karattru, tal-personalità tagħha, u bi proċess aktar sofistikat, anke tara l-futur tagħha. 

"Tista' taqrali l-futur?", staqsieha Quinton. Hi wieġbet li tista' tkun taf x'se jiġri sa sitt xhur 'il quddiem. Tkompli tgħid li diffiċli taqra l-futur tagħha stess, għar-raġuni li ma tkunx taf hux qed taħseb f'dak li l-mejtin tiegħek timmaġina li qed jgħidulek u li kieku jġħidulek, jew hux qed tikkomunikaw flimkien.   

Ara aktar x'wieġbet lil Quinton dwar dan l-irwol tagħha.


Kyle Zarb