Fuq il-midja soċjali qed idur filmat ta' mutur li milli jidher daruh xi speċi ta' insetti. Minnufih bdew il-kummenti fejn xejn ma ħadu gost b'dan u anke bdew isemmu xi speċi huma dawk l-insetti.

Fl-istess ħin fid-dawl ta' dak li qed jintqal rigward hornets, bosta ikkonkludew li setgħu kienu hornets. Madankollu diversi kummenti opponew dan u qalu li kien biss ferħ tan-naħal, u ma kien hemm xejn digustanti jew inkwetanti.

Bosta klijenti frekwenti tal-kumpanija li tqassam l-ikel bil-mutur, qalu li qatt ma kellhom problemi meta ordnaw mingħandhom, u dejje kienu preżentabbli u nodfa. Saħqu li qed issir frattarija fuq ix-xejn. 


Gwida.mt