Popolin tkellem ma' Maxine, omm li kemm hi kif ukoll iż-żewġ uliedha, għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD. F'dan il-filmat tispjega l-isifidi li jgħaddu minnhom u kif ġudizzju żejjed minn nies jista jiġi evitat. Issemmi anke dwar il-kontenut li titfa' fuq TikTok u kemm jgħinha tnaqqas l-ansjetà.

Tibda tirrakkonta dwar dak li jħossu u li jgħaddi minnu f'xi mumenti. Fosthom li minn dejjem kienet tħossha diffiċli biex tissoċjalizza, u kien iħossha differenti. Issemmi meta kienet indunat l-ewwel li binha l-kbir għandu l-ADHD, u ftit wara sabu li anke ż-żgħir.

Eventwalment Maxine sabet li hi wkoll għandha ADHD combined, u hi ereditarja. "Jien għandi King Charles Caveliers. Hi breed li naraha tempatizza ħafna fejn tidħol l-ansjetà. Per eżempju għandi 'l Denver, ikun jaf meta jkun ħa jaqbadni anxiety attack... tarah jiġi fuqi u jmellisni b'rasu..."

Maxine issemmi kemm jidher li għad m'hawnx biżżejjed għarfien, u n-nies kultant jiġġudikaw.

"Sfortunatament l-għarfien hemm barra ma tantx hemm, u tinduna inti meta eżempju ħriġna bħala familja, u t-tifel ikun storbjuż, qed isabbat, qed jgħolli leħnu, peress li hemm behavioural issues, tinduna li m'hemmx għarfien mill-punt ta' ħars ikrah..."

Sfortunatament ikun hemm min jaqbad u jiġġudika li l-ġenituri mhux qed jaqdu dmirhom sew. "Mentri l-ħaġa mhix li mhux qed inkunu ġenituri tajba. Il-ħaġa hi li jekk tkun stretta, ma taħdimx, jekk tkun soft, ma taħdimx. Speċjalment meta jkun hemm kif għidt, emotion dysregulation.

Segwi l-intervista hawn taħt. Popolin jixxandar kull nhar t'Erbgħa fid-21:15.


Kyle Zarb