Maria Curmi tilfet lin-nanna tagħha bl-iktar mod traġiku. It-tifla ta' għaxar snin kienet qiegħda fil-bajja tax-Xwejni tgħum man-nanna tagħha Clara. Clara jidher li tagħha attakk tal-qalb waqt li qiegħda tgħum u sfortunatament ħalliet lil din id-dinja.

Maria xtaqet li tagħmel kanzunetta b'dedikazzjoni speċjali lin-nanniet tagħa, partikolarment lin-nanna Clara, infatti l-filmat tal-kanzunetta mużikali inġibed fl-istess post stess fejn ftit tal-ġimgħat ilu, nannitha għaddiet għall-ħajja ta' dejjem.

Il-familja flimkien mat-tifla għarfu kif idawru esperjenza ta' dieqa, f'memorja ħelwa u b'dedika ta' kanzunetta ħelwa għall-età ta' Maria. Ninsabu ċerti li n-nanna tagħha tinsab kburija biha mmens.

Il-kanzunetta għandha kliem tal-Muxu, b'mużika ta' Gillian Attard filwaqt li l-kanzunetta inħadmet ġewwa Gilkicker Studios bil-filmat miġbud minn Ricky Bugeja Studios.


Emil Calleja Bayliss