Waqt il-programm Bejnietna, il-preżentatriċi laqgħet lill-maħbub Ivan Gaffiero. Raġel li tant jagħti spazju u opportunitajiet għal diversi persuni u personalitajiet bil-produzzjonijiet tiegħu, kemm dawk tal-immudellar kif ukoll fuq ir-radju.
Din id-darba Ivan kien mistieden hu għal intervista sabiħa immens. Ivan isemmi dwar il-messaġġi li dejjem iħobb jgħaddi hu fuq il-midja soċjali u fil-programm tiegħu, u jinsab grat kemm in-nies saru jħobbuh u jifhmuh aktar, u anke hu jifhem lin-nies.
"Jien kont nuri meta kont inkun imdejjaq, meta kont għaddej minn żmien diffiċli... ikun hemm nies li jibgħatulek privatament, 'isma mela minix waħdi, hemm ukoll għaddej mill-istess problemi.' Allura n-nies saret tifhimni aktar."
Ivan isemmi li wara li jaqraw jew jisimgħu messaġġ tiegħu, bosta jagħmlu kuraġġ bi kliemu. "Tgħidx kemm jgħiduli, 'bis-saħħa tiegħek ħierġa... għax jien ngħidilhom qumu minn hemm għax il-ħajja sabiħa..." Segwu l-intervista hawn taħt: