Ilbieraħ waqt il-programm popolari Serataron ippreżentat mill-bravissimu u uniku Ronald Briffa, il-mistednin kellhom sfida fejn fiha riedu jipprovaw jaqtgħu l-preferenzi tan-nies f'diversi setturi. Fosthom dak tal-Eurovision u l-ispettaklu!
Il-mistoqsija kienet Liema hi l-iktar diska tal-Eurovision li tibqa' tiftakar? Fil-fatt qatgħu il-maġġoranza, iżda l-kanzunetta li ġiet fit-tieni post qisha ma setgħetx tiġi f'moħħhom b'xejn! Angel ta' Chiara - li biha rrapreżentatna ġewwa Kiev fl-2005 u ġejna fit-tieni post.
Araw daqsxejn:
Minn hawn insellmu lil dawn il-mistednin tal-ġenn li rajna lbieraħ, lit-tim kollu ta' Serataron u fl-aħħar u mhux l-inqas lil Chiara!