Terry ta' Bormla ħafna jafuha għal karattru vivaċi tagħa u f'dan il-filmat li ttella' fuq il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu żgur li ħa jnissel tbissima fuq wiċċ dak li jkun. Kif kienet id-dar, tisma' mill-awtoritajiet Terry rat lil tal-gass u ddeċidiet li ddaħħakna tnejn u tiffilmja din ix-xena. Terry tisħaq mill-ewwel li din hi ċajta!

Lura għas-serjetà, Terry wkoll qed itella' l-filmati ta' kuljum titkellem fuq is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż u wieħed mill-filmati li ġibdilna l-attenzjoni kien dak tal-bieraħ fejn ħadet l-opportunità tirringrazzja lil Prof Charmaine Gauci. Xogħol li lkoll qed jagħmlu mill-qalb!

Terry kellha wkoll messaġġ ta' tama x'tgħaddi lill-Maltin oħra. Messaġġ sabiħ biex dak li jkun jibqa' ġewwa daru u jieħu l-miżuri meħtieġa.

Facebook / Terry Ta' Bormla


Gwida.mt