Kemm trid toqgħod attent meta tibgħat messaġġ dwar xi ħadd! Il-preżentatur Alfred Zammit ikkonfermalna dan waqt Bundytime tas-Sibt li għadda!

Alfred jirrakkonta meta xtaq jiġbed l-attenzjoni dwar kollega tiegħu, li fl-opinjoni tiegħu, kellu jilbes aħjar. Hu ried jibgħat lill-maniġer, iżda minflok bi żball (ikrah) bagħtu lill-persuna konċernata stess, lill-kollega. "Kont narah qed jilbes esaġerat... Bgħatt lill-maniġer tagħna u għidtlu, 'Dan jista' jilbes aħjar, kemm jilbes ikrah fuq it-televixin."

Jidher li kien għaxxaqha u ma tantx swieh ta' ġid dan l-iżball hekk kif, "għamel sentejn ma jkellimnix!", kompla Alfred. Segwi aktar hawn taħt:


Kyle Zarb