Filmat li bħalissa jinsab idur il-midja soċjali ħalla lil bosta nies bla nifs, kif raw lil dawn iċ-ċiklisti jissograw ħajjithom billi jagħmlu stunts xokkanti! Tista' tgħid li huma esperti f'dan ir-rigward, għax ikunu kapaċi jikkontrollaw ir-roti b'għajnejhom magħluqa imma mossa waħda ħażina taf tkun fatali!

Dawk kollha li jibżgħu mill-għoli nissuġerulhom li ma jarawx dan il-filmat għax malajr jitwerwru aktar! Ċertament li jekk tistkerraħ l-għoli m'int qatt ħa tasal tagħmel xi kummiedja bħal din! Ngħiduha kif inhi! Huma mhux talli li ma ddejqux, imma qed jagħmlu dan bħala spettaklu!

Kważi anqas titwemmen! Imma l-mistoqsija tiġi weħidha, taħseb li għandhom jitħallew jipperikolaw ħajjithom? Dawn jistgħu jweġġgħu u biex jirċievu l-għajnuna kieku xi ħaġa tmur ħażin, taf ipoġġu lil ħaddieħor fil-perikolu. Dan sew? 


Emil Calleja Bayliss