In-nursery tal-football ta’ Żebbuġ Rangers ħejjiet attività ta’ taħriġ tal-futbol għal tfal fl-ispettru tal-awtiżmu.

Sefora Tabone, mill-blog ‘I am Diego’ esprimiet l-ferħ li ħasset il-bieraħ meta binha Diego esperjenza għall-ewwel darba sessjoni ta’ taħriġ tal-futbol.

“Xi ġmiel ta’ għodwa, mimlija tbissim u nies sbieħ”, qalet Sefora, filwaqt li rringrazzjat lil Żebbuġ Rangers ta’ dan il-ġest mill-isbaħ għal dawn it-tfal u l-familji tagħhom.

Hi rringrazzjat wkoll lil kowċ Darren li provda t-taħriġ u lil Laringu li provda l-grownd fejn sarret din is-sessjoni.

Kemm hu sabiħ li kuljum niiltaqgħu ma’ aktar opportunitajiet u attivitajiet ġodda maħsuha għal tfal bl-awtiżmu!

Ara l-filmat billi tagħfas fuq il-link t'hawn taħt:

https://www.facebook.com/watch/?v=628283818076712&extid=0y76gFdML7RqLrzE

Facebook / I am Diego / Żebbuġ Rangers FC Youth Nursery 


Maria  Desira