Għal min għandu l-applikazzjoni fuq il-mobile TikTok jaf jaraha bħala ħela ta’ ħin jew biex tgħaddi siegħa żmien. Matthew Bartolo is-sesswologu lbieraħ beda kampanja ta’ tagħlim fuq TikTok. Fl-ewwel filmat tkellem fuq il-pene u tipi differenti.

@dating101malta

#####

♬ original sound - dating101malta

Matthew ikompli jispjega x’jiġrilu l-organu tar-raġel meta jikber u ‘jimtela’ bid-demm’. F’filmat ieħor Matthew jispjega kif ix-xaħam ikun qed jaħbi ftit mill-pene. Fi ftit sigħat dawn il-filmati jarawhom aktar minn 50elf utent fuq TikTok.

@dating101malta

Part 3 - 🍆 Anatomy ##fyp ##malta

♬ original sound - dating101malta

Dawn il-filmati qosra minn Sex Clinic Malta qed ikomplu jxerrdu tagħlim fuq is-sess li tant hawn bżonn. Matthew Bartolo hu magħruf ħafna għall-ispjegazzjoni interessanti u ddettaljata tiegħu u ċertament dawn il-filmati ser ikomplu jiksbu suċċess.


Anthony Baldacchino