Ilbieraħ ħabbarna li Bjorn ħareġ mill-isptar u flgħaxija fuq il-paġna tiegħu ħareġ filmat emozzjonanti. Filmat fejn Bjorn jitkellem dwar l-isfidi li jħabbat wiċċu magħhom kuljum. Filwaqt li jagħmel appell!

"Il-ħajja mhix faċli. Imma li taf li kuljum hija ġlieda kontinwa biex tgħix. Imma li taf li dawk li tħobb qed jarawk tbati kuljum. Kultant naqta' qalbi però mbagħad niftakar f'dawk il-pazjenti kollha li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna. Għalhekk se nitlob l-għajnuna tagħkom."

Mill-ġdid Bjorn jappella sabiex in-nies isegwu Xarabank tal-25 ta' Ottubru biex kulħadd jagħti daqqa t'id sabiex il-ħolma tiegħu ssir realtà, wieħed jista' jagħti donazzjoni ta' €6.99 billi jibgħat messaġġ fuq 5061 8936 jew inkella jibgħat donazzjoni permezz ta' Revoltu fuq +356 7920 9420.

Facebook / Bjorn Formosa


Emil Calleja Bayliss