Fuq il-programm TVAM intwera filmat li ġie ppubblikat barra minn xtutna, fejn tifel ta' erba' snin jaf jitkellem b'100 lingwa, inkluż biċ-Ċiniż. Waqt intervista li għamlu, ommu tgħid li minn ċkunita kien jara diversi kontenut edukattiv fuq Youtube.

Waqt TVAM Keith Demicoli jgħid li minnha din toħroġ tagħlima għall-ġenituri li mhux il-kontenut kollu ta' fuq Youtube u l-midja soċjali huwa ħażina, hekk kif hawn ħafna li jista' jintuża b'mod tajjeb.

Teddy Hobbs irnexxielu jidħol f'lista tal-iktar persuni intelliġenti fid-dinja, b'riżultat ta' 98%


Kyle Zarb