Sean Bartolo kien il-mistieden waqt il-programm Ara Min Mar. Hu tkellem dwar il-passat tiegħu meta kien tifel mistħi, il-karriera tiegħu, il-qadi tiegħu fil-missjoni fi ħdan Mosta Scout Group u aktar. 

Fil-fatt Sean jitkellem dwar meta flimkien ma’ Mosta Scouts u l-amministrazzjoni ta’ Mater Dei, ħareġ bl-idea u ħadmu fuq attività bl-isem ta’ Hospital Heroes. Sean ispira ruħu minn filmat li kien ra ta’ xi ħadd liebes ta' Spiderman, nieżel bl-abseiling mal-ħitan tas-swali tal-isptar, fejn beda jnaddaf it-twieqi tal-kmamar tat-tfal.

Din ħolqot l-idea ta’ Hospital Heroes fejn jinżlu abseiling mal-ħitan libsin ta’ diversi karattri ta’ Super heroes, u jxejru lit-tfal mit-twieqi. Fil-fatt l-attività baqgħet għaddejja għal snin sħaħ, u kienet dejjem ta' suċċess. L-iskop dejjem kien li jferrħu lit-tfal u anke jkollhom dak l-element ta' sorpriża. 

Sean jitkellem aktar fuq diversi attivitajiet u avvenimenti li jorganizza biex jinġabru donazzjonijiet b'risq tant tfal fil-bżonn. Ara aktar HAWN.


Kyle Zarb