Fuq il-programm Illum ma' Steph kienu mistiedna Profs Charles Scerri u Ann Cuschieri, it-tnejn involuti fil-ħidma favur il-kundizzjoni tad-dimensja, li tant anzjani qed jgħaddu minnha. Profs Scerri jitkellem kif iktar ma tikber persuna, aktar qed toqrob lejn ir-riskju tad-dimensja. Jidher li l-persuni xjuħ qed jgħixu aktar kull ma jmur, għaldaqstant qed ibatu bid-dimensja iktar minn qatt qabel. Isemmi kif din mhix ereditarja. Id-dipressjoni u l-ansjeta huma żewġ fatturi li jżidu l-probabiltajiet tad-dimensja.

Ann Cuschieri titkellem dwar moviment li twaqqaf għal dawk kollha li qed ibatu bid-dimensja, fosthom avvenimenti organizzati apposta għalihom biex jgħinuhom iżidu l-ispirtu pożittiv f'ħajjithom. Din tinkludi Dancing to Dimensia, xi ħaġa innovattiva u ġdida għal Malta.

Waqt din l-attività se jkun hemm żeffiena professjonali li jafu kif isiru dawn is-sessjonijiet. Din ser tkun qed tgħin ukoll biex jitjiebu r-relazzjonijiet bejn l-anzjani u l-qrabat u l-familjari kollha tagħhom. F'dan il-filmat t'hawn fuq hemm dak li jkun qed jiġri waqt is-sessjoni. Fl-intervista ma' Stephanie Spiteri, hawn taħt, tista' ssegwi spjegazzjoni aktar dettaljata dwar dan is-suġġett u x'qed isir f'Malta.


Kyle Zarb