Innutajna din il-post ħelwa fuq facebook fejn kunsilliera Qormija Martina Grech tat sorpriża ħelwa lill-għarus tagħha Darren Lynch f'għeluq żmienu. Ħasbitlu għal kollox, ħaditu fuq il-post, għattietlu għajnejh u ara xi ppreparatlu!

Sal-kejk kellu bl-arma ta' pajjiżu: Paola jew kif nafuh ħafna, Raħal Ġdid. "Sorpriża ħelwa m'għand it-tfajla tiegħi Martina Grech. Grazzi ta' kollox li għamilt miegħi... Inħares il-quddiem għal iktar memorji u avventuri!", kiteb Darren.

Awguri lilkom mill-qalb! Veru mument ħelu anke li qsamtuh mal-pubbliku!

Ritratt: Facebook/ Darren Lynch


Clifford Galea