Il-kantant Shaun Farrugia għadu kemm ħa sorpriża kbira hu u dieħel fil-flat tiegħu. Fil-fatt il-maħbuba tiegħu ddeċidiet li tagħtih sorpriża billi tmur fil-flat tiegħu mingħajr ma jaf, u jsibha hemm, wara xahrejn ma jiltaqgħux.
"Naħseb issa wasal iż-żmien li nintroduċikom mal-persuna li nikteb kull kanzunetta dwarha", kiteb Shaun. Fil-filmat jidher dieħel, u jsib lill-maħbuba tistaħba wara l-bieb.
Malli jaraha għajat "le!... qed noħlom!" It-tfajla qaltlu biex jitbissem u jħares lejn il-kamera li kienet qed tiġbed il-filmat. Waqt li bdiet tidħak bir-reazzjoni ħelwa li kellu, Shaun staħba mill-kamera emozzjonat ma jistax jemmen dak li ra.
Araw daqsxejn xi ħlew ta' sorpriża!