Waħda mill-isfidi ta' HazZzard lil dawn it-tliet parteċipanti kienet li jieklu lsien ta' baqra.Wieħed jista' faċilment isegwi l-filmat ta' dak li ġara hekk kif huma ġew preżentanti l-famuż ilsien ta' baqra.

Ngħiduha kif inhi, anqas il-preżentazzjoni ma tgħin għax kif wieħed jista' jara, preżentawh b'mod li l-parteċipanti jitqażżuh. Imma huma provaw jilqgħu din l-isfida. Soraya qalet li mhux lesta tiekol dan l-ilsien.

Imma spiċċat sakemm ipprovatu. Fil-filmat tistgħu taraw x'kienet ir-reazzjoni tagħha hekk kif bdiet tiekol l-ilsien tal-baqra. Int kieku tipprovah jew forsi ġieli ppruvajtu? Tiddejaqx tgħidilna hawn taħt!


Emil Calleja Bayliss