Silvan Mula huwa fanatiku kbir tal-Eurovision Song Contest u jidher li ħa l-inkarigu din is-sena biex jeqleb il-kanzunetta I Am What I Am ta' Emma Muscat bil-Malti. Nistqarru li qatt ma konna ħsibna li se nisimgħu din il-kanzunetta bil-lingwa tagħna imma iva teżisti verżjoni bil-Malti.

Silvan jaspira li jkun kantant u b'hekk jidher li ddeċieda li jkanta l-kanzunetta ta' Emma bil-Malti hu stess. Konna xi ftit sorpriżi li rnexxielu jżomm saħansitra mat-tema tal-kanzunetta iżda meta hemm għan li wieħed jixtieq jilħaq, żgur li mhux ħa jħalli l-lingwa tkun ta' ostaklu. Il-messaġġ pożittiv tal-kanzunetta ta' Emma joħroġ xorta waħda bil-Malti.

Ikun interessanti kieku nisimgħu lil Emma tagħmel din il-verżjoni li jidher li kiteb Silvan stess. Prosit tal-interess tiegħek u tal-lirika li ktibt. Min jaf x'taħseb Emma dwarha din!?

@silvan_15

"I Am What I Am" (Maltese Version) should i launch the full version as a cover version ??

♬ original sound - Silvan 🏳️‍🌈 Mula

EBU / Andres Putting


Emil Calleja Bayliss