Il-kantanta internazzjonali Cascada li nafuha għal kanzunetti bħal Everytime We Touch u Evecuate The Dancefloor għadha kif ħalliet messaġġ fuq l-instagram tagħha, li għandu aktar minn 80 elf persuna li jsegwuh, dwar Destiny u l-kanzunetta Je Me Casse.

Cascada marret il-Eurovision Song Contest fl-2013 bil-kanzunetta Glorious għall-Ġermanja. Cascada faħħret it-talent mill-isbaħ li għandha Destiny u tgħid li għandha tirbaħ il-konkors ta' din is-sena. Hi tgħid li anke jekk ma tirbaħx ħa jkollha karriera mill-isbaħ għax leħinha huwa wieħed inkredibbli.

Hi tħeġġeġ lis-segwaċi tagħha jidħlu jisimgħu l-kanzunetta u saħansitra għamlet link ukoll għall-kanzunetta. Nittamaw li jivvutaw għall-kanzunetta Maltija llejla u jekk ngħaddu fil-finali ta' nhar is-Sibt li ġej.

Facebook / Casada


Emil Calleja Bayliss