Conrad Neil Gatt fl-episodju tat-2 t'Ottubru li għadda ħadna ġewwa Bormla, b'avventura fejn skopra Knisja midfuna żewġ sulari ġol-blat taħt l-art.

Flimkien mal-gwida Charmaine Bugeja sar jaf anke xi dettalji dwarha. Il-Knisja jidher li għal żmien twil kienet ikkonsagrata u moħbija mill-pubbliku. Oriġinarjament kienet instabet waqt il-gwerra minn tifel li tilef żarbuna u waqt li kien ifittixha flimkien ma' nies oħra, indunaw b'din il-Knisja. 

Charmaine qalet lil Conrad li f'din il-Knisja hemm mina li tista' tgħaddi minnha u minn Bormla tispiċċa f'post qrib Marsaxlokk. Segwi aktar fil-filmat t'hawn taħt.


Kyle Zarb