Shaun Zaffarese jagħti prestazzjoni tajba u l-għażla tal-kanzunetta kienet waħda tajba wkoll. Il-vuċi hi waħda li tintgħoġob bla dubju, speċjalment fil-baxx, skont  Howard. Shaun jibni relazzjoni tajba mal-udjenza bil-wirja tiegħu u jirnexxielu joħloq atmosfera mill-aqwa.

Madanakollu llejla Howard ma kienx konvint u jagħżel li jisma' iktar mingħandu qabel jieħu deċiżjoni finali. Għaldaqstant isejjaħ sing off bejnu u bejn Isaac Tom.

Isaac Tom jerġa' jieħu postu fuq is-siġġu wara s-sing off kontra Shaun. Qbiltu mal-għażla?


Kyle Zarb