Il-kantant Taljan Joe Romano bħal daż-żmien sena ilu, irnexxielu jħalli lil kulħadd bla kliem waqt l-awdizzjoni tiegħu ta' X Factor Malta. Dan wara li kif kien qal hu stess, ħuh issuġġerielu jiġi Malta u jibni l-karriera mużikali tiegħu, u juri x'jaf.

"Għax ma tmurx barra l-Italja u tkanta lid-dinja?", qallu ħuh lil Joe. Hekk għamel għax waqt l-ewwel wirja tiegħu ta' X Factor Malta, impressjona lill-ġurija. Ma setgħux ineħħu għajnejhom minn fuqu u l-emozzjoni li ħarġet kienet notevoli. Joe jirċievi IVA bla ebda dubju, u għadda għall-fażi ta' wara.

Hu fakkar dan il-mument fuq Instagram fejn xerred filmat qasir mill-awdizzjoni tiegħu, u kiteb, "Sena ilu." Hu għadu jaqsam mumenti mill-karriera tiegħu ma' bosta segwaċi Maltin u Għawdxin fuq il-midja soċjali, kif ukoll anke mużika oriġinali.

Tiftakruha l-prestazzjoni ta' Joe? Bravissimu!

Facebook/ JOE Romano


Kyle Zarb