Avventura interressanti oħra mal-vlogger lokali Angelo Caruana. Din il-ġimgħa ser immorru saż-żona msejjħa Dwejra Lines li tinsab fil-limiti tar-Rabat, Malta.

Din iż-żona li hija waħda mill-isbaħ żoni f’Malta wieħed jista’ jaċċessaħha b’mod faċli bil-karozza, jipparkja u jibda mixja ħelwa qalb in-natura fejn wieħed isib fejn jista’ jistrieħ u jieħu xi ħaġa tajba kif ukoll avventura bil-mixi matul il-ħajt mibni mill-Ingliżi, il-Victoria Lines.

Matul din il-mixja wieħed jista’ jinnota diversi mini li kienu jintużaw bħala kmamar għall-ħażna tal-munizzjon. Tajjeb infakkru li dan il-ħajt inbena bħala difiża u qiegħed fi stat li għandu bżonn ta’ intervent malajr kemm jista’ jkun sabiex jiġi restawrat qabel jintilef darba għal dejjem.

Il-mixja twasslek għal parti oħra mill-ħajt li jaqsam il-Wied ta’ Binġemma b’veduti mill-isbaħ tal-irħula tal-madwar u l-istess wied. Angelo jżied li wiħed għandu jirispetta l-ambjent meta jżur dan il-post u ma jagħmilx ħsara fil-madwar.

Post li jkun iffrekwentat minn ħafna familja speċjalment fi tmiem il-ġimgħa. Ara l-filmat ta’ din l-avventura hawn taħt:


Kyle Zarb