Ix-xahar ta' Frar iġib miegħu għadd ta' memorji minn wieħed mill-akbar avvenimenti li qatt saru f'pajjiżna, il-Malta Eurosong/ Malta Song For Europe/ Malta Eurovision.

Fil-fatt bħal daż-żmien seba' snin ilu, tnejn mill-aqwa artisti li għandna f'pajjiżna, Ira Losco u Gianluca Bezzina kellhom iċ-ċans li jkantaw flimkien. Huma taw prestazzjoni impekkabbli ta' diversi siltiet iżda L-Aħħar Bidwi F'Wied Il-Għasel u Xemx jibqgħu klassiċi.

Il-kanzunetta kienet oriġinarjament kantata mill-mibki Sammy Bartolo fi ħdan New Cuorey. Kanzunetta oħra li ma tistax ma tħossx ċertu nostalġija, emozzjoni u fuq kollox kburi bit-talent Malti hi Xemx ta' the Tramps. Ira Losco u Gianluca taw prestazzjoni ta' din il-kanzunetta waqt il-Malta Eurovision 2014, meta dik is-sena spiċċaw rebbieħa Firelight bil-kanzunetta Coming Home.

Erġgħu segwu dan il-mument indimentikabbli.

Facebook/ Malta Eurosong/ Gianluca Bezzina/ m3p


Kyle Zarb