Bħalissa l-Maltin u l-Għawdxin jinsabu ħerqana biex jaraw x'ser ikun qed joffri t-tielet staġun ta' X Factor Malta din id-darba. S'issa kellna tliet episodji, li ħallew impatt b'xi mod jew ieħor. 

X Factor Global huwa kanal ta' Youtube Internazzjonali, li jġib prestazzjonijiet ta' X Factor minn madwar id-dinja li tant ikunu għamlu ħoss. Minn Malta seba' kontestanti oħra għamlu isem lil Malta hekk kif spiċċaw ġo filmat bħala l-aqwa seba' mill-ewwel episodju.

Dawn kienu Luke Mercieca, Mariah Gerada, Ryan Hili, Lisa Gauci, Drew, Wish Me Luck, u Anthea Gatt.


Kyle Zarb