Fuq il-paġna uffiċjali tal-President George Vella sena ilu tħabbret xandira diretta fejn Pawlu Borg Bonaci ħabbar b'mod uffiċjali it-tnedija ta' avveniment li hu tant għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin kollha - Rockestra!
"Jien u ġej ma ridtx nemmen li ħa ngħid dan id-diskors." Pawlu beda d-diskors b'dan il-kliem hekk kif kemm hu kif ukoll it-tim kollu wara Rockestra kienu ilhom jistennew dan il-mument li jerġgħu jirritornaw fuq dak il-palk u jaqsmu l-mużika ma udjenza grandjuża.
Għal darb'oħra Pawlu tkellem waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet dwar Rockestra 2022, fejn ġiet imnieda b'mod uffiċjali fuq il-paġna The Malta Community Chest Fund.
Sena ilu diversi artisti bravissimi kellhom parti f’dan il-kunċert fejn paxxew lil dik l-udjenza numeruża li attendiet għal din l-edizzjoni ta’ Rockestra. Fost dawn l-artisti kien hemm Pawlu Borg Bonaci, The New Victorians, Ozzy Lino u Klinsmann, fost diversi artisti oħra.
Kienu attendew ukoll il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu , flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fejn dawn ukoll setgħu japrezzaw it-talent Malti.
Lesti għal din is-sena?!