Rita Pace, li hija waħda mill-awturi ewlenin ta’ Malta kif ukoll kantata, jidher li tħobbhom ħafna l-għasafar (bħali!). F’filmat li tellgħet fuq Facebook żvelat it-tliet kukutieri intelliġenti li għandha.

Għal min ma jafx, il-kukutieri huma għasafar intelliġenti ħafna li ġejjin mill-familja tal-pappagalli. Kull min jieħu ħsiebhom sew jaf x’karattru għandhom, qisek qed tieħu ħsieb xi tifel jew tifla ta’ sentejn… apparti l-fatt li dawn l-għasafar kapaċi jitkellmu wkoll.

Fil-filmat ta’ Rita jidhru tliet kukutieri kollha fuq spallitha, iżda wieħed minnhom jidher fuq ruħu iktar mill-oħrajn. Apparti li beda jħalliha tbusu fuq il-munqar, hi bdiet tkantalu u beda jkantalha lura bl-istess tonalità.

Hekk kif jgħid sew it-titlu ta’ dan il-filmat, anke l-pets ikantaw ma’ waħda mill-aqwa kantanti ta’ pajjiżna!

Facebook/Social Channel Malta


Nicole Barbara