Id-Danusan flimkien ma’ Rodney Gauci u Mario Cassar kienu mistednin fuq il-programm Ninvestigaw X’Qed Nieklu. Bla dubju li dawn l-erbgħa ma jkunux huma jekk ma jamlux xi waħda minn tagħhom!

B’hekk iddeċidew li jagħmlu ċajta tal-Milied lil Jackie Mercieca, il-preżentatriċi tal-programm. Daniel kellu spray b’riħa tinten apposta li kien bi ħsiebu juża bil-moħbi waqt li kien qed jiġi ffilmjat il-programm.

Jidher li ċ-ċajta Jackie belgħetha sew għax fl-aħħar Daniel kellu jgħidilha li kienet praspura minn tagħhom. Ir-reazzjoni ta’ Jackie kienet prezzjuża wisq!

Facebook/Jackie Mercieca


Nicole Barbara