Meta għandek waħda mill-aqwa bands lokali tingħaqad ma' waħda mill-aqwa vuċijiet li l-pajjiż qatt ra, l-aspettattiva tkun kbira. L-eċitament kien hemm mill-ewwel mument li ġie mħabbar li Destiny flimkien ma' Red Electrick ħa jkunu qed jikkollaboraw fuq kanzunetta.

Ftit tal-ħin ilu, il-kanzunetta Mistake b'interpretazzjoni ta' Red Electrick flimkien ma' Destiny ġiet rilaxxata. Il-filmat mużikali tal-kanzunetta jikludu wkoll lil Concept of Movement li rajniehom jaslu fit-tieni post ta' Malta's Got Talent.

X'taħsbu minn din il-kollaborazzjoni mużikali?


Emil Calleja Bayliss