Fi tmiem il-ġimgħa dawn it-tnejn iċċelebraw l-anniversarju tagħhom u skoprejna wkoll li Ray u Diane għandhom relazzjoni professjonali wkoll! Dan għaliex Ray huwa l-importatur tad-ditta tal-irtokk li tuża Diane.

Diane tistqarr li Ray hu verament maskili u waqt li kienet se tkun ġo ħanut partikolari tal-make-up tati l-pariri tagħha, hu kien se jmur jixrob il-birra. Iżda fatt kurjuż li ħafna żgur li ma kinux jafu hu li Ray jifhem ħafna fil-make-up.

Waqt li Diane qed tiffilmja, hu jgħid li l-foundation għandek tippruvaha fuq wiċċek kontra dak li jagħmlu ħafna li jipprovawha fuq idejhom! Ovvjament Diane hi l-make-up artist u Ray jgħid li hi tifhem aktar minnu, iżda peress li hu l-importatur ta' waħda mid-ditti Ray l-attur jifhem ukoll fil-make-up.

Ħafna jidħku meta Ray jipprova jgħaddi xi parir u donnu mhux l-ewwel darba li spiċċaw staqsewh, "Imma int fiex tifhem?". Xogħlu jiġifieri jifhem żgur dwar l-irtokk!


Emil Calleja Bayliss