Dawn Ray u Diane ħelwin wisq u l-filmati li jixħtu fuq il-mezzi soċjali jnisslulek tbissima trid u ma tridx! Minħabba li ħafna minnha jinsabu magħluqa fid-djar tagħhom, Ray iddeċieda li jagħt di daqqa t'id fid-dar.

Jidher li għamel is-sodda... imma Diane ma tantx kienet kuntenta bil-mod kif għamel is-sodda Ray. Naħseb ikollna nammettu li hawn dawk li huma bħal Ray biex jagħmlu s-sodda u hawn dawk li huma bħal Diane!

Int tkun trid is-sodda magħmula u preċiża filgħodu jew inkella kollox jgħaddi bħal Ray, taparsi tagħmilha sabiex taħbi d-diffetti għax filgħaxija xorta ħa terġa' tinqala'? Għidilna fil-poll t'hawn taħt!


Emil Calleja Bayliss