L-avukat u preżentatur maħbub Luke Dalli kien mistieden fuq il-programm Primetime fejn flimkien ma' Owen tkellem dwar l-esperjenza unika meta sar missier madwar 3 xhur ilu. Owen jawguralu minnufih u Luke jirrakkonta mumenti indimentikabbli relatati ma' ibnu. 

Luke jitkellem dwar kif it-twelid ta' Ben tah l-opportunità li jiġġieled biża' li għandu u jisfida lilu nnifsu mentalment. Fil-fatt Luke jgħid li jibża ħafna mid-demm u kienet diffiċli għalih li jara d-dmijja. Madanakollu jgħid li t-twelid ta' ibnu Ben għamel ċert li jkun preżenti u rnexxielu anke jaqta' l-kurdun hu stess. "Kien eżerċizzju mentalment xhur twal, li jien dak il-ħin ħa nara d -dmijja u kont preparat". Fil-fatt irnexxielu jara b'għajnejh lil ibnu jitwieled avolja jgħid li kemm it-tfajla u anke l-familjari tiegħu bdew javżawh li hemm ċans li jħossu ħażin malli jara d-demm waqt it-twelid, u ħeġġewh biex jieħu lil xi ħadd miegħu! 

Jitkellem dwar il-mument x'ħin rah u jgħid li rah kif kien qed jimmaġinah qabel. Owen ifakkar lil Luke dwar meta ommu l-Onor. Helena Dalli semmiet lill-ewwel neputi tagħha Ben u waqt dibattitu li kellha għaddietlu messaġġ qawwi immens sagħtejn wara li twieled. Luke jgħid li dak li qalet jibqa' jgħożżu w jammira l-fatt li wżat lil Ben biex tgħaddi messaġġ favur l-ugwalità.

Minn qalbna nifirħulek mill-ġdid Luke, lilek, lil Svetlana u lill-familji kollha tagħkom!


Kyle Zarb