Rachel Verzin, it-tfajla li għandha numru ta' tattoos mill-isbaħ fuq diversi partijiet ta' ġisimha. Waħda partikolari li għandha hi, tattoo tagħha stess. Fil-jiem li għaddew ingħaqdet ma' Owen għal dawra bil-karozza fejn staqsieha ftit dwar is-sajf u t-tattoos li tista' tgħid li saret magħrufa għalihom.
Hi tistqarr li l-iktar waħda għal qalbha hi dik tan-nanniet tagħha, għax hija l-aktar waħda sentimentali. Hi tistqarr li kollha huma għal qalbha għax tista' tgħid kollha għandhom xi sinifikat jew ieħor. Hi saħansitra għandha tattoo tal-kelb tagħha Cole. L-ewwel tattoo li għamlet Rachel kienet fuq idha fejn kitbet il-kelma mum, hi qalet li għamlet dan bi skop sabiex ommha ma tkun tista' tgħidilha xejn peress li hi ddedikata għaliha.
Araw ftit il-filmat t'hawn taħt sabiex taraw it-tattoos sbieħ li għandha!