Ċelebrazzjonijiet u briju kbir inqabad isir ġewwa post fejn dawk preżenti kienu mingħajr maskra, distanza soċjali u ġo xulxin.  Dan bir-raġun qajjem rabja kbira fost l-artisti lokali fosthom Warren Bonello u Toni Attard.

Warren jistaqsi fejn hu l-infurzar f'dan il-każ partikolari u jisħaq li s-sitwazzjoni ta' artisti bħalu hi waħda inġusta. Toni jġib eżempju ta' spazju li hemm f'teatru, fejn ikun hemm sa 160 siġġu, u li bir-restrizzjonijiet huma aċċettabbli sa 30 ruħ. Mentri fil-filmat fejn qed isir il-brijju, m'hemm kontroll u restrizzjoni ta' xejn. 

U wieħed jistaqsi, meta ħa jkun hawn dixxiplina kif għandha tkun? Meta ħa jkun hawn ġustizzja? Kemm se ndumu b'0 każijiet, grazzi għal dawn tal-filmat?


Kyle Zarb