Ilbieraħ, il-programm Popolin, tellgħu intervista ħelwa ma' Quiven Ellul u ommu fejn naraw lit-tifel ta' sitt snin idoqq il-kanzunetta Bella Ciao minn Money Hesit. Hu ma jħallix il-fatt li hu nieqes mid-dawl iwaqqfu milli jagħmel dak li jixtieq.
Omm Quiven, tistqarr li t-tifel rasu iebsa u dak li jdaħħal f'moħħu jkun irrid jagħmlu. Hi tieħu gost tarah hekk għax taf li fil-futur, punt bħal dan żgur ħa jgħinu f'ħajtu u mhu ħa jħalli xejn iwaqqfu iżda tammetti li xi kultant ftit rasu iebsa żżejjed.
Permezz ta' inizjattivi tal-President emeritus, Marie Louise Coleiro Preca, Quiven jista' wkoll jaqra permezz ta' apparat apposta. Apparat li ċ-ċkejken Quiven tgħallem kif juża fi żmien qasir.
Omm Quiven tagħlaq il-filmat fejn tgħid li hi tixtieq li binha jibqa' dipendenti kemm jista' jkun avolja nieqes mid-dawl. Mill-ftit li nistgħu naraw, Quiven determinat sew u ninsabu ċerti li mhu ħa jħalli xejn u lil ħadd iwaqqfu milli jagħmel dak li jixtieq f'ħajtu. Awguri Quiven.
Facebook / Popolin