Il-ġimgħa li għaddiet fuq Ħadd Għalik lagħbu dawk li qisu s-saqaf ħa jaqa' fuqhom għax dejjem barra u dawk li jħobbu joqogħdu ġewwa. Ovvjament, l-esperjenzi tagħhom kienu kontrastanti mmens.
Ir-raġuni hi waħda sempliċi, grupp ifittex biex jara kif ħa jmur id-dar u l-ieħor ifittext kif ħa jitlaq 'il barra. Daħħakna l-kumment li qal Darren Bonavia għaliex meta jmur tieġ ikun irid jibqa' sal-aħħar ftit, ħalli jgawdih kollu kemm hu.
Darren stqarr li l-mara tgħidlu qisek qatt ma doqt kannol jew pasta imma r-raġuni li hu jkun irid jibqa' sal-aħħar biex igawdi ħinu barra mid-dar. Hu jistqarr li anke fis-sajf, il-festi kollha jdurhom u mhux l-ewwel darba jispiċċa bil-mara togħnos ħdejh.
Ikollna ngħidu li l-mara tiegħu għandha ħafna paċenzja imma żgur li taf x'karattru għandu! Hawn min jieħu gost igawdi barra daru u hawn min xalata ġewwa daru.
Facebook / Darren Bonavia