Rhea daħlet għall-audition mimlija spirtu pożittiv u bi tbissima kbira, iżda dak li kien imiss, la l-ġurija u lanqas ħadd ma stenna. Ħarġet mimlija attitudni u kunfidenza bl-interpretazzjoni tagħha!

Issorprendiethom aktar u aktar bit-talent tagħha! Rhea uriet kapaċità kbira fir-rap, u l-kliem li użat hu reali u ma tistax ma taqbilx miegħu.  Il-ġurija jinsabu konvinti li Rhea għandha ħafna x'toffri, għaldaqstant tawha erba' IVA u tgħaddi għall-fażi li jmiss. 

Tgħid ħa naraw aktar lirika bħal dawn 'il quddiem waqt X Factor Malta mingħand Rhea?


Kyle Zarb