Fuq il-paġna ta' Facebook, Social Channel li nieda Nicholas Borg Bonaci li rajnieh jipparteċipa fuq il-programm HazZzard! Din il-paġna qed ikollha ħafna elementi pożittivi u filmat mingħand diversi personalitajiet lokali!

Claudia tgħid li hi tinsab ġewwa, "qed napprezza wkoll il-fatt illi qed noqgħod mal-qraba tiegħi..." Hi tgħid li ta' kuljum qed tqum bi tbissima fuq fommha għax tinsab viċin dawk li vera tħobb u tapprezza l-fatt li mhux kulħadd għandu din ix-xorti!

Hi tagħti tislima xierqa lil dawk kollha li qed jaħdmu u qed jagħtu kontribut lill-pajjiż! Hi tappella biex wieħed jaħseb f'dawk in-nies li għadhom għaddejjin bix-xogħol tagħhom. Prosit Claudia u grazzi ta' dan il-messaġġ pożittiv! 

Facebook / Claudia Faniello


Emil Calleja Bayliss