"Qatt ma eċitajt ruħi daqs il-grilling tal-mamà, konna bilqiegħda jien, missieri u ħija... ma nafx x'ħassejt dak il-ħin." Luke kompla jgħid li vera xtaq li teħodha meta kellha l-eżami. Hu jkompli jispjega kif kulħadd kien jaf li kien 400 ruħ kulħadd jistaqsieha.

Luke itemm billi jgħid: "Filgħaxija ċemplitli fl-10 qaltlu li marret tajjeb ħafna. l-għada sirna nafu li għażluha għaddiet l-eżami." Jidher biċ-ċar li Luke u ommu għandhom relazzjoni verament ħelwa. Luke jiċċajta ma' Ryan li probabbli ilu ma jaraha, kemm ilu ma jaraha hu.

Ryan sab ritratt mill-film The Final Justice li ommu kienet parti minnu, huma jitkellmu fuq il-ġmiel ta' ommu u Luke jgħid li donnu dan spiċċa kollu għand ħuh. B'Luke u Ron, iċ-ċajt żgur li ma naqasx waqt din l-intervista li tistgħu taraw fil-filmat hawn fuq.

TVM / Sibtek


Emil Calleja Bayliss